top of page
  • Writer's pictureAndré Delicata

Repubblika goes live again

Rule of Law NGO Repubblika is going to restart its Facebook live discussions. These discussions are always extremely insightful. The upcoming one is taking place tomorrow. Please find all the information below:


Repubblika LIVE għada t-Tlieta 23 ta' April fis-6pm


Il-liġi magħrufa bħala Daphne's Law ġiet addottata mill-Parlament Ewropew, liġi li timplimenta standards għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, attivisti, akkademiċi u persuni oħra kontra kawżi fil-Qrati li jkunu nfetħu b'mod abbużiv fl-Unjoni Ewropea. Daphne kienet spiċċat vittma ta' numru minn dawn il-kawżi inkluż waħda li kien fetaħ sid Pilatus Bank fl-Istati Uniti. Niddiskutu x'tgħid il-liġi l-ġdida u għalfejn hija importanti.


L-inċident tas-Sibt li għadda fejn miet ħaddiem ieħor fuq sit tal-kostruzzjoni jkompli juri kemm tassew kien hemm bżonn inkjesta pubblika dwar dawn it-tip ta' inċidenti. Huwa evidenti li t-tkaxkir tas-saqajn biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta qed ikompli jwassal biex aktar ħaddiema innoċenti jitilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Jispikka wkoll il-mod kif qed nittrattaw lill-ħaddiema barranin li xi drabi aktar jixbah sitwazzjoni ta' skjavitù milli ta' xogħol diċenti. Fit-tieni parti tal-programm nerġgħu nagħtu ħarsa lejn il-konklużjonijiet tal-inkjesta u x'għandha tkun it-triq il-quddiem.


Jiddiskutu: Prof. Vicki Ann Cremona u Manuel Delia

Imexxi: Christoph Schwaiger

0 comments
bottom of page